Dan is-sett ta’ għodda informattivi jkopri mistoqsijiet dwar is-sigurtà soċjali, it-taxxa, il-liġi tax-xogħol, u l-immigrazzjoni fir-rigward tat-telexogħol fi ħdan l-Unjoni Ewropea (“UE”) fejn l-impjegatur huwa rreġistrat fi Stat Membru tal-UE wieħed iżda l-impjieg jitwettaq mill-ħaddiem fi Stat Membru ieħor bl-użu tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni.
Skont il-Eurofound, “It-telexogħol huwa arranġament tax-xogħol li fih ix-xogħol jitwettaq barra mill-post regolari tax-xogħol, normalment fil-post tal-impjegatur, permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT, information and communication technologies). Il-karatteristiċi tat-telexogħol huma l-użu tal-kompjuters u t-telekomunikazzjoni sabiex jinbidlu l-post regolari tax-xogħol, il-frekwenza li biha l-ħaddiem ikun qiegħed jaħdem barra mill-post tal-impjegatur u n-numru ta’ postijiet li fihom il-ħaddiema jistgħu jaħdmu b’mod remot (mobbiltà).”[1]
Dan is-sett ta’ għodda informattivi jkopri mistoqsijiet dwar ħaddiema li l-impjegatur tagħhom ikun irreġistrat fi Stat Membru partikolari tal-Unjoni Ewropea, iżda t-telexogħol jitwettaq fi Stat Membru ieħor. It-telexogħol imwettaq barra l-UE ma huwiex kopert hawn.
“Ħaddiem stazzjonat” huwa ħaddiem li jintbagħat mill-impjegatur tiegħu biex iwettaq servizz fi Stat Membru ieħor fuq bażi temporanja, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ servizz, stazzjonar intragrupp jew impjieg permezz ta’ aġenzija tax-xogħol temporanju.[2] Ħaddiem stazzjonat ma huwiex teleħaddiem għax ir-raġuni għalfejn ma jaħdimx iktar fl-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċju rreġistrat jew il-post tax-xogħol tal-impjegatur, hija għax ikun qiegħed jiġi “stazzjonat” barra minn pajjiżu sabiex iwettaq proġett jew missjoni speċifiku/a.
B’differenza minn ħaddiem stazzjonat, teleħaddiem ikompli jaħdem kompletament għall-impjegatur, iżda jwettaq ix-xogħol b‘mod remot fi Stat Membru differenti minn dak l-Istat Membru li fih jinsab l-impjegatur, tipikament għall-konvenjenza personali
[1] Telexogħol | Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (europa.eu).
[2] Ħaddiema stazzjonati – Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni – Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu).
Ir-regola ġenerali hija li ħaddiem li jaħdem f’iktar minn Stat Membru wieħed, iżda li jwettaq “parti sostanzjali” mill-attivitajiet professjonali tiegħu fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu, ikun kopert mis-sistema ta’ sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ residenza[1].
Il-fatturi indikattivi għal “parti sostanzjali” tal-attivitajiet tal-ħaddiem huma tal-inqas 25% tal-ħin tax-xogħol u/jew tad-dħul fuq perjodu raġonevoli.[2] Dan il-livell limitu huwa stabbilit fil-liġi tal-UE u japplika fl-Istati Membri kollha, iżda l-Istati Membri jistgħu ma japplikawx din il-valutazzjoni b’mod kompletament armonizzat. B‘mod partikolari:
Pereżempju, jekk impjegat iwettaq “parti sostanzjali” (jiġifieri talinqas 25%) tal-attivitajiet professjonali tiegħu fi Stat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tax-xogħol, iżda jwettaq ukoll it-telexogħol fi Stat Membru wieħed jew iktar għall-75% taż-żmien li jibqa’, l-impjegat jibqa’ soġġett għas-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-impjegatur tiegħu.
Madankollu, jekk l-impjegat iwettaq “parti sostanzjali” tal-attivitajiet tiegħu fi Stat Membru fejn jirrisjedi, u jwettaq telexogħol biss fl-Istat Membru fejn jinsab l-impjegatur, l-impjegat ikun kopert mill-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza.
Pereżempju, jekk individwu jkun impjegat fi Spanja u jwettaq it-telexogħol għal inqas minn 25% taż-żmien fil-Portugall, huwa jibqa’ kopert mis-sigurtà soċjali Spanjola. Madankollu, jekk 60% tal-attivitajiet professjonali tal-ħaddiem jitwettqu fil-Portugall, tapplika s-sistema ta’ sigurtà soċjali Portugiża.
[1] L-Artikolu 13(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
[2] L-Artikolu 14(8), ir-Regolament (UE) Nru 987/2009. Din il-valutazzjoni ssir prospettivament abbażi tat-12-il xahar segwenti (ir-Regolament (KE) Nru 987/2009, l-Artikolu 14(10)).
Le, abbażi tar-regoli deskritti hawn fuq, leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta‘ Stat Membru wieħed biss tista’ tapplika għal impjegat tat-telexogħol f‘punt partikolari. Teleħaddiem ma jistax ikun kopert minn, jew soġġett għal, leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali f’żewġ Stati Membri.
Jiddependi. Ma hemmx bżonn il-Formola A1 għal perjodi qosra tat-telexogħol; il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (“EHIC”) hija biżżejjed. Madankollu, jekk it-telexogħol isir regolari u jkun jirrappreżenta numru sostanzjali ta’ ġranet fis-sena, l-impjegatur/l-impjegat għandu japplika għall-Formola A1.
Ittieħdu sensiela ta’ miżuri mill-Kummissjoni Ewropea biex tiffaċilita iżjed koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali diġitali.
S’issa le. Madankollu, bl-introduzzjoni futura tal-Identità Diġitali tal-UE, nistgħu nistennew verżjonijiet diġitali tad-dokumenti bħall-EHIC.
Jekk teleħaddiem jagħmel iktar minn 25% taż-żmien fi Stat Membru differenti minn dak li jkun impjegat fih, il-leġiżlazzjoni applikabbli tas-sigurtà soċjali ssir dik tal-pajjiż li fih huwa jqatta’ dan il-ħin.
Iva, jekk ħaddiem isir soġġett għal skema tas-sigurtà soċjali barranija (jiġifieri leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali differenti minn dik li fiha huwa rreġistrat/jinsab l-impjegat), ikun meħtieġ li l-impjegatur jirreġistra f’dak l-Istat Membru u jħallas l-kontribuzzjonijiet tas-siġurtà soċjali hemm.
Iva, minn Lulju 2023, hemm ftehim qafas ġdid multilaterali għat-telexogħol transfruntier (il-“Ftehim Qafas”)[1]. Il-pajjiżi li ffirmaw il-ftehim huma mniżżla hawn.[2] Il-Ftehim Qafas ikopri lill-Istati Membri taż-ŻEE u l-Iżvizzera.
[1] Ftehim Qafas dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 f‘każijiet tat-telexogħol abitwali transfruntier.
[2] Stati Firmatarji sa Frar 2024: l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Liechtenstein, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, is-Slovenja, l-Islovakkja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera.
Il-Ftehim Qafas japplika għal impjegati f‘sitwazzjoni transfruntiera, jiġifieri dawk li jaħdmu għal impjegatur li jinsab fi Stat Membru partikolari filwaqt li jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor, sakemm ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti. Iż-żewġ Stati Membri jridu jkunu ffirmaw il-Ftehim Qafas.
Il-Ftehim Qafas jippermetti li t-teleħaddiema jkunu assigurati għall-finijiet tal-assigurazzjoni soċjali fil-pajjiż tal-impjegatur tagħhom, sakemm jaqblu kemm l-impjegatur kif ukoll l-impjegat/it-teleħaddiem. Din l-għażla hija disponibbli għall-ħaddiema li jqattgħu iżjed minn 25% iżda inqas minn 50% tal-ħin tax-xogħol tagħhom fl-Istat Membru tar-residenza iżda jqattgħu l-maġġoranza tal-ħin tax-xogħol tagħhom fl-Istat Membru li fih huwa stabbilit l-impjegatur.
Essenzjalment, il-Ftehim Qafas jistabbilixxi eċċezzjoni għar-regoli ta’ koordinazzjoni regolari li jipprovdu li t-teleħaddiema (u l-impjegaturi tagħhom) huma soġġetti għall-iskema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ta’ residenza tal-ħaddiem, sakemm l-impjegat iwettaq “parti sostanzjali” tal-attivitajiet professjonali tiegħu (jiġifieri tal-inqas 25% tal-ħin tax-xogħol jew tad-dħul) f‘dak il-pajjiż, kif innotat iktar ’il fuq. Din ir-regola tippermetti li t-teleħaddiema jżidu l-ammont ta’ ħin imqatta’ fil-pajjiż ta’ residenza mingħajr ma jinħoloq l-obbligu għall-impjegatur fi Stat Membru ieħor li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f‘dak il-pajjiż.
Teleħaddiem ikun eliġibbli li jkun assigurat soċjalment fi Stat Membru fejn ikun stabbilit l-impjegatur tiegħu minflok l-Istat Membru ta’ residenza, kif permess fil-Ftehim Qafas, biss jekk jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet, li huma kumulattivi, huma kif ġej:
Innota li l-Ftehim Qafas japplika biss għat-“teleħaddiema”: l-impjegati għandhom jibqgħu konnessi mal-ambjent tax-xogħol tal-impjegatur permezz ta’ ħolqa diġitali (konnessjoni tal-IT, information technology) waqt li jwettqu xogħolhom. Il-Ftehim Qafas ma huwiex limitar għat-telexogħol mid-dar; ix-xogħol jista’ jitwettaq minn kwalunkwe post fil-pajjiż ta’ residenza, sakemm tintuża l-konnessjoni diġitali.
Jekk il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jiġu ssodisfatti, l-impjegatur/l-impjegat għandu japplika għal Formola A1, li sservi bħala prova li tapplika l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-impjegatur. Għandha ssir applikazzjoni għal Formola A1 fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-impjegatur.
Il-Ftehim Qafas ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2023. Applikazzjonijiet għal Formola A1 mimlija qabel l-1 ta’ Lulju 2024 jistgħu jkollhom effett retrospettiv biss sal-1 ta’ Lulju 2023 (jew sad-data li fiha l-Istat Membru firmatarju ffirma l-Ftehim Qafas, jekk wara l-1 ta’ Lulju 2023), sakemm il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jkunu tħallsu fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit l-impjegatur. Wara dan il-perjodu tranżitorju (is-sena li tispiċċa fl-1 ta’ Lulju 2024), applikazzjoni għal Formola A1 jista’ jkollha effett retrospettiv għal perjodu mhux itwal minn tliet xhur.
It-taxxa fuq id-dħul ma hijiex regolata fil-livell tal-UE. Ir-regoli dwar it-taxxa fuq id-dħul applikabbli għall-ħaddiema transfruntiera (jiġifieri teleħaddiema jew ħaddiema stazzjonati) jinsabu fil-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri.
Xi pajjiżi jimponu obbligu ta’ rappurtar dwar it-taxxa fuq id-dħul, anke jekk l-ebda taxxa ma tkun dovuta. Kull ftehim bilaterali jipprovdi informazzjoni speċifika dwar x’għandu jiġi rrappurtat. Ġeneralment, id-dħul globali tat-teleħaddiem (inkluż id-dħul riċevut f‘pajjiżi li ma jkunux il-pajjiż ta’ residenza) għandu jiġi rrappurtat.
Ġeneralment le, għax f’dan il-każ, il-pajjiż ta’ residenza u l-pajjiż fejn jitwettaq ix-xogħol huma l-istess.
Il-liġijiet tax-xogħol tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit l-impjegatur japplikaw għat-teleħaddiema. Ġeneralment, il-kuntratt ta’ impjieg bejn l-impjegatur u l-impjegat jikkonferma li dan huwa l-każ.
Le, it-teleħaddiema jistgħu jkunu soġġetti għal leġiżlazzjoni tax-xogħol ta’ Stat Membru wieħed biss f‘punt partikolari.
Le, irid ikun hemm dikjarazzjoni ta’ ħaddiema stazzjonati biss għal sitwazzjonijiet fejn impjegat jintbagħat barra minn pajjiżu mill-impjegatur għal missjoni speċifika, kif deskritt hawn fuq.
Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, huwa mandatorju li individwu jirreġistra mal-awtoritajiet lokali wara tliet xhur ta’ residenza fi Stat Membru ieħor. Tista’ ssib iktar informazzjoni għal kull pajjiż hawnhekk.
Iva. F‘dan il-każ, il-membru tal-familja mhux tal-UE (jiġifieri t-teleħaddiem) irid jirreġistra fl-Istat Membru ospitanti biex jikseb karta tar-residenza bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE li jkun residenti wkoll hemm. Huwa mandatorju li membru tal-familja mhux tal-UE jirreġistra s-soġġorn tiegħu meta joqgħod għal iktar minn tliet xhur.
Membri tal-familja mhux tal-UE ta’ ċittadini tal-UE jibbenefikaw mill-istess drittijiet taċ-ċittadini tal-UE jekk ikunu jirrisjedu maċ-ċittadin tal-UE fl-istess Stat Membru. Fil-prattika, dan l-arranġament ifisser li l-membri tal-familja ta’ ċittadini mhux tal-UE ma humiex soġġetti għall-formalitajiet tal-permessi tax-xogħol meta huma jirrisjedu fl-istess Stat Membru tal-membru tal-familja tagħhom tal-UE.
Madankollu, jekk il-membru tal-familja mhux tal-UE jiddeċiedi li jwettaq it-telexogħol waħdu fi Stat Membru ieħor (jiġifieri mhux akkumpanjat mill-membru tal-familja tal-UE), id-dritt ta’ residenza tiegħu ma jibqax marbut mal-istatus tiegħu bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE. F‘dan il-każ, ir-risposta għall-mistoqsija t’hawn fuq tkun “le”: jekk membru tal-familja mhux tal-UE ta’ ċittadin tal-UE jwettaq it-telexogħol għal iktar minn tliet xhur fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun akkumpanjat minn membru tal-familja tal-UE, huwa jrid japplika għal permess tax-xogħol/ tar-residenza mill-Istat Membru ospitanti.